Sistemi ta’ monitoraġġ diġitali intelliġenti għas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali: inklużjoni u diversità fuq il-post tax-xogħol
Keywords:Teknoloġiji ġodda, bħal apparat li jintlibes u apps speċjalizzati tal-ismartphones, qed jiġu adottati dejjem aktar fuq il-post tax-xogħol. Minbarra li jtejbu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, is-soluzzjonijiet diġitali ta’ monitoraġġ tal-OSH jistgħu jintużaw biex jappoġġaw l-inklużjoni u d-diversità fuq il-post tax-xogħol, billi jsaħħu l-integrazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ ħaddiema, inklużi ħaddiema akbar fl-età, ħaddiema migranti b’ħiliet lingwistiċi baxxi, nisa tqal, ħaddiema b’diversità newroloġika u ħaddiema żgħażagħ.
Dan id-dokument ta’ sintesi jiddeskrivi kif sistemi bħal dawn jistgħu jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni bla xkiel u sigura tagħhom. It-taħriġ, il-komunikazzjoni ċara u miftuħa, u l-involviment dirett tal-ħaddiema huma kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-għodod ta’ monitoraġġ diġitali tal-OSH fuq il-post tax-xogħol.