Skeda informattiva: ħaddiema vulnerabbli u sustanzi perikolużi
18/10/2019 Tip: Folji ta’ informazzjoni

Skeda informattiva: ħaddiema vulnerabbli u sustanzi perikolużi

Keywords:Kampanja 2018-2019, Sustanzi Perikolużi

Din l-iskeda informattiva tipprovdi gwida prattika dwar l-obbligi legali u l-prattika tajba fir-rigward ta’ ħaddiema vulnerabbli li jistgħu jkunu esposti għas-sustanzi perikolużi fuq ix-xogħol. Huwa importanti li l-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri preventivi jqisu gruppi ta’ ħaddiema bi bżonnijiet speċifiċi jew li jistgħu jkunu f’riskju partikolari.

L-iskeda informattiva tiġbor fil-qosor l-obbligi legali tal-impjegaturi u tħares lejn gruppi partikolari, jiġifieri ħaddiema ġodda jew żgħażagħ, ħaddiema migranti jew temporanji, ħaddiema b’kundizzjonijiet mediċi, ħaddiema li huma tqal jew li qed ireddgħu u ħaddiema nisa. X’jistgħu jagħmlu l-impjegaturi biex jiżguraw li dawn il-gruppi ta’ ħaddiema jkunu protetti minn ħsara kkawżata minn esponiment għas-sustanzi perikolużi?

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett