Reviżjoni ta’ inizjattivi ta’ suċċess ta’ valutazzjoni komparattiva tas-Sigurtà u s-Saħħa Okkupazzjonali
07/07/2015 Tip: Rapporti 4 paġni

Reviżjoni ta’ inizjattivi ta’ suċċess ta’ valutazzjoni komparattiva tas-Sigurtà u s-Saħħa Okkupazzjonali

Keywords:Prevenzjoni ta’ Aċċidenti, , OHS tajba hija tajba għan-negozju, Leadership, Parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) valutazzjoni komparattiva ġiet definita bħala ‘proċess ippjanat li permezz tiegħu organizzazzjoni tqabbel il-proċessi u l-prestazzjoni tagħha fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà ma’ oħrajn biex titgħallem kif tnaqqas l-inċidenti u l-mard, ittejjeb il-konformità ma’ liġijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà u/jew tnaqqas l-ispejjeż marbuta mal-konformità’. Skont din id-definizzjoni, l-għan ewlieni ta’ dan il-proġett kien li jiġu riveduti l-iskemi ta’ valutazzjoni komparattiva tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OHS) li ġew stabbiliti fil-livell settorjali, ta’ Stat Membru jew dak Ewropew. Ir-riċerka kellha wkoll l-għan li jiġu vvalutati l-benefiċċji li dawn l-iskemi jistgħu jippreżentaw, kif ukoll il-limitazzjonijiet tagħhom, u li jiġu identifikati l-fatturi ewlenin u l-ostakoli ewlenin għas-suċċess tagħhom.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett