Fatturi psikosoċjali fil-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol (MSDs)

Keywords:

Id-disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol (MSDs) għandhom it-tendenza li jkunu assoċjati ma’ fatturi ta’ riskju fiżiku, bħal tagħbijiet tqal jew movimenti ripetittivi; madankollu, il-fatturi psikosoċjali jista’ jkollhom rwol sinifikanti. Dawn mhux biss jikkontribwixxu għar-riskju li jiġu żviluppati jew intensifikati l-MSDs iżda jistgħu jaġixxu wkoll bħala ostaklu għar-ritorn għax-xogħol.

Din l-iskeda ta’ informazzjoni tidentifika l-fatturi psikosoċjali marbutin mal-MSDs, bħal ammont ta’ xogħol eċċessiv u appoġġ soċjali mill-inqas, u tispjega l-effett li dawn il-punti ta’ stress ikollhom fuq il-fiżjoloġija tagħna. Turi li ċ-ċavetta biex jiġu minimizzati l-effetti tagħhom hija approċċ olistiku u parteċipattiv għall-valutazzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol li tqis flimkien kemm il-fatturi fiżiċi kif ukoll dawk psikosoċjali.

Niżżel in: de | el | en | fi | fr | hr | hu | is | mt | nl | no | pt |