Minn politika għal prattika: politiki, strateġiji, programmi u azzjonijiet li jappoġġjaw l-OSH fl-intrapriżi mikro u żgħar
20/12/2017 Tip: Rapporti 99 paġni

Minn politika għal prattika: politiki, strateġiji, programmi u azzjonijiet li jappoġġjaw l-OSH fl-intrapriżi mikro u żgħar

Keywords:Microenterprises

Dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali ta' kif is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) jistgħu jiġu appoġġjati fl-intrapriżi mikro u żgħar (MSEs).

L-MSEs jiffaċċjaw sfidi partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-OSH. Fir-rapport, eżempji tajbin minn 12-il pajjiż differenti tal-UE juru kif diversi intermedjarji, awtoritajiet u istituzzjonijiet tal-OSH jistgħu jilħqu u jappoġġjaw l-MSEs. Ir-rapport jesplora wkoll l-esperjenzi tal-intermedjarji tal-OSH li jaħdmu mal-MSEs miġbura permezz ta’ workshops u intervisti mwettqa f'disa' Stati Membri tal-UE: Il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Rumanija, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

Huwa ċar li m'hemm l-ebda soluzzjoni "waħda tajba għal kulħadd" li tiżgura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-aktar postijiet tax-xogħol żgħar — kombinazzjoni ta' għodod u inizjattivi differenti, imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull intrapriża, x'aktarx li tkun aktar effiċjenti u effettiva.

Għad baqa' ħafna xi jsir fir-rigward tat-titjib tal-OSH fl-MSEs, fil-biċċa l-kbira tal-kuntesti u tas-setturi. Abbażi tal-eżempji ppreżentati f'dan ir-rapport, isiru rakkomandazzjonijiet li jappoġġaw l-iżvilupp tal-politika fil-ġejjieni.

Download in:EN

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett