Ir-raba’ rivoluzzjoni industrijali u innovazzjoni soċjali fil-post tax-xogħol
27/08/2019 Tip: Dokumenti ta' diskussjoni 9 paġni

Ir-raba’ rivoluzzjoni industrijali u innovazzjoni soċjali fil-post tax-xogħol

Keywords:Emerging risks

Meta nitkellmu dwar il-ġejjieni tax-xogħol, ħafna drabi l-iżviluppi tekniċi huma l-elementi ewlenin tad-diskussjoni. F’dan id-dokument ta’ diskussjoni qed niffokaw fuq l-innovazzjoni soċjali fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni, u l-impatt tagħha fuq l-impjieg tal-ġejjieni, il-ħaddiema tal-ġejjieni u l-postijiet tax-xogħol tal-ġejjieni, u l-isfidi li dawn iġibu għar-regoli u l-governanza tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH).

Id-dokument jiddeskrivi s-soċjetà ta’ innovazzjoni ġdida u l-mudelli ġodda ta’ negozju, li fihom iktar xogħol isir onlajn u f’ambjenti mhux ta’ uffiċċju, minn ħaddiema li ħafna drabi jkunu jaħdmu għal rashom. Dan id-dokument jiddiskuti l-ħtieġa għal reżiljenza u adattabbiltà fl-individwi, il-klassijiet ġodda ta’ ħaddiema li jirriżultaw, u l-isfidi speċifiċi li qed jiffaċċjaw impjegati ġodda u ħaddiema akbar fl-età, kif ukoll il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tal-OSH jaqilbu l-attenzjoni tagħhom lejn l-appoġġ għal ħaddiema individwali.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett