In-Netherlands It-tnaqqis tal-esponiment tal-ħaddiema għal trab li jagħmel ħsara fis-settur tal-kultivazzjoni tar-raba'
02/11/2019 Tip: Studji tal-Każijiet 3 paġni

In-Netherlands It-tnaqqis tal-esponiment tal-ħaddiema għal trab li jagħmel ħsara fis-settur tal-kultivazzjoni tar-raba'

Keywords:Kampanja 2018-2019, Sustanzi Perikolużi, Carcinogens
Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019
Organizzazzjoni ppremjata 

Il-ħaddiema fl-irziezet jistgħu jkunu esposti għal trab ta’ silika kristallina mill-ħamrija, u dan jista' jkun ta’ riskju għas-saħħa.

In-negozju żgħir tal-biedja Olandiż Mansholt BV, permezz ta’ kollaborazzjoni mal-korp settorjali tas-saħħa tax-xogħol Stigas, indirizza l-esponiment tat-trab fl-għażla tal-patata billi implimenta firxa ta’ miżuri kollettivi tekniċi u organizzattivi biex jitnaqqas it-trab. It-tagħmir u l-proċessi nbidlu gradwalment biex l-ispejjeż jinfirxu maż-żmien, inxtraw vacuum cleaner u forklift elettriku, li jeliminaw l-esponiment għall-egżost tad-diżil fil-post, u l-ħaddiema kienu involuti b’mod attiv fl-identifikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet.

L-approċċ meħud minn Mansholt BV huwa eżempju tajjeb ta’ kif negozju żgħir b'riżorsi limitati jista' jagħmel titjib reali għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett