Tibdil fir-rwol tal-impjieg u aġġustamenti fit-tagħmir għal uffiċjal tal-pulizija b’MSDs kroniċi multipli
27/07/2020 Tip: Studji tal-Każijiet 3 paġni

Tibdil fir-rwol tal-impjieg u aġġustamenti fit-tagħmir għal uffiċjal tal-pulizija b’MSDs kroniċi multipli

Keywords:It-tixjiħ u l-OSH, Campaign 2020-2022, Problemi muskuloskeletali

Li wieħed jaħdem meta jkun qed ibati minn disturbi muskoloskeletali kroniċi (MSDs) jista’ jikkawża wġigħ kif ukoll ikun ta’ sfida. Dan l-istudju ta’ każ iħares lejn kif uffiċjal tal-pulizija ta’ esperjenza li jbati minn uġigħ fil-parti t’isfel ta’ dahru u MSDs oħra seta’ jkompli jaħdem fil-pulizija grazzi għal tibdil fir-rwol.

Minn rwol li kien jinvolvi sigħat twal bilqiegħda u l-użu ta’ tagħmir protettiv personali tqil huwa ngħata xogħol ibbażat f’uffiċċju bi skrivanija għolja li jista’ juża waqt li jkun bilwieqfa. Maniġer dirett li għaraf u fehem il-ħtiġijiet tiegħu u li ried isib soluzzjonijiet effettivi kien strumentali biex isir dan it-tibdil.

L-awtoġestjoni kienet ukoll ta’ benefiċċju għalih, peress li issa l-ħaddiem huwa kapaċi jimmaniġġja aħjar l-istress u għandu stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu li jinkludi aktar mixi.

Download in:EN

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett