Skeda informattiva: Karċinoġeni fuq ix-Xogħol

Keywords:

Din l-iskeda informattiva, żviluppata b’mod konġunt mis-sħab kollha tal-Pjan Direzzjonali dwar il-Karċinoġeni, tipprovdi pariri konċiżi u prattiċi dwar kif jistgħu jiġu evitati r-riskji mill-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol. Imfassla bħala dokument ta’ referenza ta’ malajr għall-użu ta’ kuljum, tibda billi tiddefinixxi l-karċinoġeni okkupazzjonali u tiddeskrivi r-riskji li joħolqu.

Imbagħad tkopri r-rekwiżiti legali speċifiċi bħall-valutazzjoni tar-riskju, il-ġerarkija tal-miżuri ta’ prevenzjoni applikati għall-karċinoġeni u l-limiti ta’ esponiment fuq ix-xogħol. Tipprovdi wkoll informazzjoni dwar miżuri għall-manutenzjoni u l-inċidenti u kif wieħed jirrikonoxxi ħaddiema li jkunu partikolarment f’riskju.

Hemm links għal għodda utli u gwida u informazzjoni dwar il-Pjan Direzzjonali dwar il- Karċinoġeni - kull m’għandek bżonn biex tkun tista’ timmaniġġja r-riskji mill-karċinoġeni fuq ix-xogħol.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | fi | fr | is | lt | mt | nl | no | pt | sk | sl |