Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019
17/09/2019 Tip: Studji tal-Każijiet

Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019

Keywords:Kampanja 2018-2019

Dan il-ktejjeb juri eżempji ta’ prattika tajba ppremjati u mfaħħra tal-approċċi innovattivi meħuda minn organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa biex jeliminaw jew inaqqsu l-esponiment tal-ħaddiema għal sustanzi perikolużi. Dawn l-eżempji ma jissodisfawx biss il-leġiżlazzjoni iżda juru wkoll b'mod ċar il-benefiċċji li jirriżultaw mit-teħid ta’ approċċ proattiv għall-OSH u mit-trawwim ta' kultura ta’ prevenzjoni li tinvolvi ħaddiema, maniġment u esperti.

L-eżempji kollha jirrispettaw il-ġerarkija tal-miżuri ta’ prevenzjoni u jimplimentaw il-prinċipju STOP, li jipprijoritizza l-eliminazzjoni u s-sostituzzjoni u l-miżuri kollettivi fuq miżuri protettivi personali. Dawn huma sostenibbli tul iż-żmien u jistgħu jiġu ttrasferiti lil negozji, setturi jew Stati Membri oħra, filwaqt li jżidu l-valur għall-prattiki eżistenti, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-maġġoranza tal-intrapriżi Ewropej, jiġifieri l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett