L-immaniġġjar ta’ kontejners iffumigati fil-portijiet - riskji għas-saħħa u prattiki ta' prevenzjoni

Keywords:

Dan ir-rapport jirrieżamina r-riskji potenzjali għas-saħħa u s-sigurtà li jirriżultaw mill-immaniġġjar tal-kontejners fil-portijiet li jkunu ġew iffumigati bil-pestiċidi.

L-awturi jirrieżaminaw leġiżlazzjoni internazzjonali u letteratura (pubblikazzjonijiet xjentifiċi kif ukoll linji gwida u artikoli), jidentifikaw ir-riskji għas-Saħħa u s-Sigurtà Okkupazzjonali u jiddeskrivu eżempji prattiċi ta’ miżuri u strateġiji preventivi. Huma jikkonkludu li hemm nuqqasijiet importanti fl-għarfien tagħna kif ukoll fil-prattiki ta’ prevenzjoni. Il-problema hija ta’ spiss sottovalutata wkoll minħabba ż-żamma ħażina ta’ rekords ta' effetti avversi fuq is-saħħa u minħabba li l-kontejners iffumigati rarament ikunu ttikkettati kif suppost.

L-awturi jirrakkomandaw li tingħata prijorità lill-miżuri ta’ kontroll bħall-valutazzjoni tar-riskju tal-kontejners qabel il-ftuħ, skrutinju ta' rutina ta’ kontejners li jaslu fil-portijiet, u miżuri biex jinfurzaw ir-regolamenti dwar l-ittikkettar ta’ kontejners.

Niżżel in: bg | cs | de | el | en | es | hr | lt | sv |