Il-Ġermanja: Proċedura sikura u ekonomika għall-ġestjoni ta’ stokk li fih l-asbestos fis-sengħa tat-tqegħid tal-ħġieġ
02/11/2019 Tip: Studji tal-Każijiet 3 paġni

Il-Ġermanja: Proċedura sikura u ekonomika għall-ġestjoni ta’ stokk li fih l-asbestos fis-sengħa tat-tqegħid tal-ħġieġ

Keywords:Kampanja 2018-2019, Sustanzi Perikolużi, Carcinogens
Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019
Organizzazzjoni ppremjata 

L-asbestos jinstab f'livelli baxxi f'xi stokk tal-ħġieġ - li ntuża għal diversi għexieren ta' snin qabel l-1993, meta daħlet fis-seħħ il-projbizzjoni tal-asbestos. Stokk li fih l-asbestos kien jintuża ma’ twieqi tal-injam bi ħġieġa waħda, twieqi forma ta' kaxxa, soqfa tal-bjut, serer u bini industrijali, kif ukoll mal-ħġieġ iżolanti ta' twieqi tal-aluminju minn tal-bidu. Fil-Ġermanja, l-Assoċjazzjoni Federali tal-Bejjiegħa tal-Ħġieġ żviluppat proċedura, u skema ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni li takkumpanjaha, għall-ġestjoni sikura ta’ stokk li jkun fih l-asbestos li tevita li jkun hemm bżonn ta’ miżuri li jiswew il-flus u li jieħdu ħafna ħin għal xogħol fuq skala akbar bl-asbestos. Il-proċedura hija sempliċi u ma tiswiex ħafna flus, u b’hekk hija fattibbli li tiġi implimentata anke għan-negozji ż-żgħar, u tiżgura li l-ħaddiema u l-klijenti jiġu protetti minn livelli ta’ ħsara li jirriżultaw mill-asbestos.

 

Download in:DE | EN

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett