Il-Finlandja: It-titjib tal-ergonomija permezz ta’ kooperazzjoni multiprofessjonali fl-industrija tal-ikel

Keywords:

Id-disturbi muskoloskeletali (MSDs) kienu r-raġuni ewlenija għal-liv minħabba mard fil-fabbrika Finlandiża tal-ikel tat-tfal, Suomen Nestlé. It-titjib tal-ergonomija kien is-soluzzjoni. Il-kumpanija implimentat diversi miżuri biex ittejjeb il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol sabiex tipprevjeni l-MSDs, tappoġġa l-irkupru ta’ ħaddiema li jbatu minn MSDs, u tippromwovi l-idoneità u l-benesseri ġenerali. B’konsegwenza ta’ dan, l-għadd ta’ jiem ta’ mard naqas b’mod sinifikanti. Suomen Nestlé hija waħda mill-eżempji mfaħħra tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.

Niżżel in: en | fi | nl |

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett