Sommarju eżekuttiv: Riskji psikosoċjali fl-Ewropa: Prevalenza u strateġiji għall-prevenzjoni
13/10/2014 Tip: Rapporti 2 paġni

Sommarju eżekuttiv: Riskji psikosoċjali fl-Ewropa: Prevalenza u strateġiji għall-prevenzjoni

Keywords:Prevenzjoni ta’ Aċċidenti, ESENER, Stress u riskji psikoloġiċi, Statistiċi, In-nisa u l-OSH, Parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Dan is-sommarju eżekuttiv huwa bbażat fuq rapport konġunt dwar ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound). Jibbaża fuq ix-xogħol kumplimentari taż-żewġ aġenziji, li huwa rifless fir-rwoli differenti tagħhom. Filwaqt li jirrikonoxxi l-kumplessità tar-relazzjoni bejn is-saħħa u x-xogħol, ir-rapport jippreżenta informazzjoni komparattiva dwar il-prevalenza tar-riskji psikosoċjali fost il-ħaddiema u jeżamina l-assoċjazzjonijiet bejn dawn ir-riskji u s-saħħa u l-benessri. Iħares ukoll lejn il-punt sa fejn l-istabbilimenti jieħdu azzjoni biex jindirizzaw ir-riskji psikosoċjali u jiddeskrivi l-interventi li jistgħu jiġu adottati fil-kumpaniji. Jinkludi ħarsa ġenerali lejn il-politiki f’sitt Stati Membri.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett