Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 2019) — nota ta’ informazzjoni
07/05/2020 Tip: Rapporti 24 paġni

Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 2019) — nota ta’ informazzjoni

Keywords:ESENER, Microenterprises, Policy Makers

Dan it-tgħarrif jipprovdi informazzjoni ta’ sfond u ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati ta’ ESENER 2019. L-istħarriġ jagħti ħarsa lejn kif il-kwistjonijiet tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol huma ġestiti fil-prattika fl-intrapriżi Ewropej, filwaqt li jfittex li jifhem l-ixprunaturi u l-ostakli biex jiġu indirizzati r-riskji fuq il-post tax-xogħol.

ESENER huwa mfassal biex jipproduċi riżultati li jkunu komparabbli bejn il-pajjiżi u matul iż-żmien. L-edizzjoni tal-2019, it-tielet waħda, kienet tinvolvi intervisti ma’ rappreżentanti ta’ 45,420 intrapriża fi 33 pajjiż Ewropew.

Ir-riżultati jkopru suġġetti inkluż min huwa responsabbli mill-ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u jekk il-ħaddiema humiex involuti f’tali ġestjoni, kif ir-riskji psikosoċjali jiġu indirizzati u kif il-bidliet bħad-diġitalizzazzjoni qed jaffettwaw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

Download in:EN

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett