Periklu: sustanzi kimiċi! Tifsira tal-pittogrammi ta’ periklu
01/10/2012 Tip: Materjal ta' Promozzjoni 2 paġni

Periklu: sustanzi kimiċi! Tifsira tal-pittogrammi ta’ periklu

Keywords:Kampanja 2018-2019, Sustanzi Perikolużi, Napo

Il-pittogrammi għal twaħħil ta’ tikketti fuq prodotti kimiċi nbidlu. Evita li tweġġa’ u li timrad fuq il-post fejn taħdem billi ssir taf aktar dwar il-pittogrammi. Prodotti kimiċi jintużaw kuljum waqt ix-xogħol – mhux biss f’fabbriki, iżda wkoll f’xogħol ta’ kostruzzjoni jew f’uffiċċji – f’oġġetti bħal prodotti ta’ tindif, żebgħa, eċċ. Ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea tal-2009 dwar il-Klassifikazzjoni, it-Tikkettar u l-Imballaġġ (CLP) introduċa pittogrammi ġodda ta’ twissija. Il-pittogrammi fl-għamla ta’ djamant jindikaw in-natura tal-periklu b’rabta mal-użu ta’ sustanza jew taħlita ta’ periklu. Fuq it-tikketti, il-pittogrammi jkollhom magħhom kliem dwar sinjali, dikjarazzjonijiet ta’ periklu u dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni, kif ukoll tagħrif dwar il-prodott u min iġibu. Tgħallem ma’ Napo kif iżżomm il-post fejn taħdem ’il bogħod mill-periklu!

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett