Ċipru: Eżoskeletri li jistgħu jintlibsu biex jimmaniġġjaw aħjar il-handling manwali fl-ajruporti

Keywords:

Il-ħaddiema ta’ Swissport Cyprus Ltd li jgħabbu u jħottu l-bagalji, il-merkanzija u l-posta manwalment huma f’riskju ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs), bħal problemi tad-dahar. Il-kumpanija ttestjat, kompliet tiżviluppa u xtrat libsa tal-eżoskeletru li tista’ tintlibes tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex timmaniġġja aħjar il-handling manwali fl-Ajruporti Internazzjonali ta’ Larnaca u Paphos. L-involviment tal-ħaddiema fl-ittestjar kien importanti. Ir-riżultat kien titjib fl-effiċjenza u fil-produttività u riskju aktar baxx ta’ korriment u ta’ MSDs.

Swissport Cyprus Ltd huwa wieħed mir-rebbieħa tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.

Niżżel in: el | en | fi | nl |