L-Awstrija: Il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali fi sptar kbir permezz tal-involviment tal-persunal u approċċ sensittiv għall-età

Keywords:

Ix-xogħol ta’ madwar 600 persunal ta’ appoġġ ta’ età akbar fl-Isptar Universitarju ta’ Vjenna, l-akbar sptar fl-Awstrija, huwa fiżikament iebes. Kien meħtieġ ambjent tax-xogħol ġdid imfassal biex jakkomoda din il-forza tax-xogħol li qed tixjieħ. Bl-involviment u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, l-isptar introduċa miżuri bħal siġġijiet għat-trasferiment tal-pazjenti mfassla b’mod ergonomiku biex jiġu pprevenuti disturbi muskoloskeletali (MSDs). It-timijiet u l-workshops tat-tindif ta’ ġenerazzjoni mħallta kienu wkoll parti mill-miżuri b’firxa wiesgħa. L-Isptar Universitarju ta’ Vjenna huwa wieħed mir-rebbieħa tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.

Niżżel in: de | en | fi | nl | ro |