Artificial intelligence for worker management: risks and opportunities

Intelliġenza Artifiċjali għall-ġestjoni tal-ħaddiema: riskji u opportunitajiet

Keywords:

In-nota ta’ politika tagħmel użu mis-sejbiet ewlenin mir-riċerka fir-riskji u fl-opportunitajiet assoċjati mas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-ħaddiema (AIWM) ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali (IA).

Ir-riskji huma relatati mat-telf tal-kontroll tal-impjiegi, id-diżumanizzazzjoni u d-diskriminazzjoni tal-ħaddiema, u l-implikazzjonijiet rigward in-nuqqas tat-trasparenza u l-assimitrija tal-poter. L-opportunitajiet ippreżentati jinkludu l-monitoraġġ tar-riskji, il-personalizzazzjoni ta’ stazzjonijiet tax-xogħol u ta’ rutini tax-xogħol, u t-tfassil ta’ impjiegi u postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa u siguri.

Qed jiġi pprovdut ukoll sett ta’ rakkomandazzjonijiet biex jgħin jindirizza r-riskji tas-sistemi tal-AIWM fuq il-post tax-xogħol.

Niżżel in: cs | de | en | es | et | fr |