Adattamenti u tibdil fil-kompiti li ppermettew lil ħaddiem fl-ICT jimmaniġġja l-osteoartrite tal-irkoppa
27/07/2020 Tip: Studji tal-Każijiet 3 paġni

Adattamenti u tibdil fil-kompiti li ppermettew lil ħaddiem fl-ICT jimmaniġġja l-osteoartrite tal-irkoppa

Keywords:It-tixjiħ u l-OSH, Campaign 2020-2022, Problemi muskuloskeletali

Ħaddiem fl-ICT dijanjostikat bl-osteoartrite tal-irkoppa seta’ jżomm l-impjieg tiegħu grazzi għal xi adattamenti sempliċi. B’hekk, il-kumpanija li tħaddmu setgħet iżżomm ħaddiem espert li jista' jħarreġ lill-ħaddieħor.

L-istudju ta’ każ jenfasizza t-tibdil li sar fid-dmirijiet tiegħu, fejn tneħħew il-kompiti li kienu jinvolvu t-tqandil ta’ tagħbijiet tqal jew li joqgħod għarkupptejh u ngħata xogħol purament fuq skrivanija. Barra minn hekk, jidentifika r-rwol ewlieni li kellha l-politika ta’ telexogħol tal-kumpanija biex il-ħaddiem seta' jżomm l-impjieg tiegħu, peress li huwa jista' jaħdem id-dar kull meta l-kundizzjoni tiegħu tirkadi.

Ċerti għodod sempliċi, bħal headset li jaqbad bil-Bluetooth li jippermettilu jimxi u jiċċaqlaq waqt li jkun qiegħed jitkellem mal-klijenti, għenu lill-ħaddiem jimmaniġġja l-kundizzjoni tiegħu.

Download in:EN

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett