You are here

Avviż dwar il-privatezza

Il-parti organizzazzjonali tal-Aġenzija fdata bl-ipproċessar tad-dejta personali

Andrew Smith, Kap tal-Unità tal-Komunikazzjoni u l-Promozzjoni

 

L-għan tal-ipproċessar

Għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ statistika anonima dwar l-użu ta’ din il-websajt, jinħolqu log fajls għal kull aċċess għall-websajt, li jkun fihom din id-dejta aggregata li ġejja: għadd totali ta’ żjarat, pajjiżi tal-utenti, dewmien tas-sessjonijiet, u l-perkors segwit mill-utenti matul is-sessjonijiet.

 

Tip ta’ dejta pproċessata

Dawk il-log fajls ikun fihom din l-informazzjoni li ġejja:

  • L-indirizz tal-IP tal-utent
  • Id-data u l-ħin meta t-talba tal-utent għall-aċċess għall-websajt tkun waslet fis-server tal-web
  • L-URL mitluba
  • Il-kodiċi tar-ritorn tal-HTTP li tkun ingħatat lir-rikjedent (l-utent)
  • Il-ħin tal-ipproċessar tar-rikjedent
  • L-istring tal-aġent tal-utent tar-rikjedent.

 

Bażi legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u emendi sussegwenti.

 

Legalità tal-ipproċessar

L-ipproċessar huwa bbażat fuq l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (minn hawn 'il quddiem, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

 

Reċipjenti tad-dejta

L-aċċess għad-dejta personali jingħata fuq il-bażi tar-rwol u r-responsabbiltajiet tas-suġġetti involuti (il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta’ tagħrif”):

  • Persunal tal-EU-OSHA debitament maħtur
  • Fornitur estern li jospita s-server tal-EU-OSHA
  • Is-Servizz Legali, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-Ombudsman Ewropew, il-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz tal-Awditjar Intern, jekk applikabbli.

Ir-reċipjenti kollha msemmija hawn fuq huma marbuta bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data. L-EU-OSHA mhux se tiżvela d-dejta personali lil partijiet terzi. L-EU-OSHA mhux se tiddivulga d-dejta personali għall-kummerċjalizzazzjoni diretta għal finijiet kummerċjali.

Cookies

Din il-websajt tistabbilixxi cookies temporanji tas-sessjoni kull meta żżur dan is-sit. Dawn il-cookies huma meħtieġa biex jippermettu s-sessjoni. Dawn jitħassru meta tagħlaq is-sessjoni tal-brawżer tiegħek. L-indirizz tal-IP tal-utent ma jinħażinx f’xi cookie. Il-cookies għandhom ID unika biex jiġu identifikati s-sessjonijiet li hija kompletament anonima għall-finijiet tal-permess tas-sessjoni.

Din il-websajt tuża Piwik, softwer li jiġġenera statistika tal-web, li huwa kompletament ospitat fis-servers tal-EU-OSHA, li jinsabu fl-Unjoni Ewropea. Piwik jaħżen il-cookies fil-kompjuter tiegħek, iżda ma tinġabar l-ebda dejta personali. L-ID anonima tippermetti li Piwik jidentifika s-sessjoni tiegħek, iżda din l-ID ma tfisser xejn għal ħaddieħor, u ma tistax tintuża biex tidentifika utent individwali.

Jekk ma tixtieqx li l-EU-OSHA tintraċċa l-attività tiegħek permezz ta’ Piwik, inti tista’ tagħżel l-esklużjoni mill-Piwik billi tikklikkja fil-kaxxa t’hawn taħt.

 

Id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt għal aċċess, rettifika u mblukkar tal-informazzjoni tagħhom (fil-każ ta’ ineżattezza tad-dejta), li jitolbu l-kanċellazzjoni tagħhom u joġġezzjonaw dwar l-ipproċessar tagħhom fil-każijiet previsti fl-Artikoli 13,14,15, 16 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti rigward il-ġbir, l-ipproċessar jew l-użu tad-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: information@osha.europa.eu, billi fis-suġġett tinkludi l-kliem “protezzjoni tad-dejta”.

 

Informazzjoni dwar il-perjodu ta’ konservazzjoni tad-dejta

L-informazzjoni inkluża fil-log fajls tinżamm għal sentejn fis-server tal-EU-OSHA ospitat minn fornitur estern li jinsab fl-Unjoni Ewropea.

 

Id-dejta għall-ħolqien ta’ rapporti ta’ statistika anonimi jinżammu għal perjodu itwal.

 

Miżuri ta’ sigurtà

Aħna nieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa biex nipproteġu kontra l-aċċess mhux awtorizzat jew il-bdil, il-kxif jew id-distruzzjoni tad-dejta mhux awtorizzati. Dawn jinkludu reviżjonijiet interni tal-prattiki tal-ġbir, il-ħżin u l-ipproċessar tad-dejta u tal-miżuri ta’ sigurtà tagħna, inkluż il-kriptaġġ xieraq tal-komunikazzjoni u miżuri ta’ sigurtà fiżika bħala protezzjoni kontra l-aċċess mhux awtorizzat għas-sistemi fejn naħżnu d-dejta personali.

 

Talba għall-informazzjoni

Għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri rigward l-immaniġġjar tad-dejta personali tagħhom, is-suġġetti tad-dejta jistgħu jindirizzaw it-talba tagħhom lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-EU-OSHA fuq: dpo@osha.europa.eu.

 

Rikors quddiem il-KEPD

Is-suġġetti tad-dejta huma intitolati jagħmlu rikors quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data: http://www.edps.europa.eu, jekk iqisu li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.