Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Agħżel Lingwa:

Netwerk ta’ l-OSHA
Loading
You are here: Home Gruppi ta’ prijorità Iż-Żgħażagħ
Young people

Iż-Żgħażagħ

Madwar l-Ewropa, il-persuni ta’ bejn it-18 u l-24 sena għandhom talanqas 50% probabbiltà ogħla li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol minn persuni ta' età akbar. iż-żgħazagħ għandhom ukoll probabbiltà ogħla li jsofru minn mard relatat max-xogħol.

Iż-żgħazagħ huma speċjalment vulnerabbli fuq il-post tax-xogħol.

Taħt l-istatistika nsibu l-istejjer individwali. Żgħazagħ li jkollhom jgħixu bil-konsegwenzi ta' inċidenti u mard. Żgħazagħ li tilfu ħajjithom meta kellhom ħajja sħiħa quddiemhom.

Hemm ħafna raġunijiet għalfejn il-ħaddiema żgħazagħ jinsabu f'riskju. Iżda dawn kollha huma affarijiet li
nistgħu nieħdu azzjoni dwarhom. L-impjegaturi, l-edukaturi, il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà, dawk li jfasslu l-politika, u l-ħaddiema żgħazagħ infushom - ilkoll għandna responsabbiltà biex ngħinu liż-żgħazagħ iżommu 'l bogħod mill-periklu u jibqgħu b'saħħithom.

Pubblikazzjonijiet ta’ l-Aġenzija

Għalfejn huma vulnerabbli ż-żgħazagħ?

Billi jkunu ġodda għax-xogħol u l-post tax-xogħol, iż-żgħazagħ ikollhom nuqqas ta' esperjenza, u jistgħu ma jagħtux attenzjoni biżżejjed lir-riskji li jiffaċċjaw:

  • jista' jkollhom nuqqas ta' maturità fiżika u psikoloġika
  • jista' jkollhom nuqqas ta' ħila u taħriġ
  • jistgħu ma jkunux konxji mid-dmirijiet ta' min iħaddimhom, u dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom
  • jista' jkollhom nuqqas ta' kunfidenza biex jitkellmu jekk tinqala' problema.


Min-naħa tagħhom, jista' jagħti l-każ li l-impjegaturi ma jqisux il-vulnerabbiltà taż-żgħazagħ, u ma jagħtuhomx it-taħriġ, superviżjoni u protezzjoni li jeħtieġu, jew jagħtuhom xogħol li ma jkunx adattat għalihom.


Ir-riskji li jiffaċċjaw  iż-żgħażagħ 


Ir-riskji eżatti li jiffaċċjaw jiddependu fuq it-tip ta' xogħol li jkunu qed jagħmlu. Riskji komuni jinkludu:
 

  • żliq u gambetti
  • tagħmir perikoluż
  • irfigħ ta' tagħbijiet
  • xogħol ripetittiv u veloċi
  • xogħol f'pożizzjonijiet skomdi
  • ħsejjes u vibrazzjonijiet
  • espożizzjoni għal kimiċi, radjazzjoni, sħana jew bard estremi
  • stress
  • vjolenza minn membri tal-pubbliku.
Kontenut relatat
Bullettin b’xejn

Irċievi aġġornament mingħandna darba fix-xahar dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Agħmel abbonament

Tista' wkoll tuża s-Servizz t'Allert tagħna!