Skip to content. | Skip to navigation

Personal tools
Aqbeż għall-kontenut. Fittex FAQ Għajnuna Dwarna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol

Agħżel Lingwa:

Netwerk ta’ l-OSHA
Loading
You are here: Home Stampa u Multimidja Stqarrija għall-istampa Għaxar kumpaniji Ewropej rikonoxxuti għall-kontribuzzjonijiet innovattivi tagħhom għall-prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol

Għaxar kumpaniji Ewropej rikonoxxuti għall-kontribuzzjonijiet innovattivi tagħhom għall-prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol

News release - Apr 29, 2013

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) organizzat il-ħdax-il edizzjoni tal-Premjijiet ta' Prattika Tajba fejn ħadu sehem diversi mijiet ta' kumpaniji ta' kull daqs minn 29 pajjiż tal-UE u lil hinn. Din is-sena l-EU-OSHA ppremjat l-aqwa eżempji ta' kooperazzjoni bejn il-maniġers u l-impjegati fil-prevenzjoni tar-riskju.

L-EU-OSHA ħabbret l-għaxar rebbieħa matul il-konferenza Ewropea "In-negozi ż-żgħar u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol: l-isfida; l-opportunità", li ġiet organizzata jum biss wara l-Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (it-28 ta' April) mill-Presidenza Irlandiża tal-Unjoni Ewropea f'Dublin. Għall-ewwel darba l-EU-OSHA tat premjijiet konġunti kemm lill-maniġers kif ukoll lill-impjegati, u dan huwa konformi mal-Kampanja li għaddejja bħalissa dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu 'l quddiem is-Saħħa dwar is-suġġett ta' "Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji".

 

"Il-benefiċċji ta' politika tajba fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol xorta għadhom ma jiġux rikonoxxuti dejjem fil-livell tal-kumpaniji individwali fl-Ewropa, u speċjalment fost il-mikro-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji,"qalet Dr Christa Sedlatschek, id-Direttriċi tal-EU-OSHA. "Din il-kompetizzjoni wriet li huwa possibbli li anki kumpanija b'seba' impjegati biss jista' jkollha soluzzjonijiet ta' prevenzjoni innovattivi, kif kien il-każ b'wieħed mir-rebbieħa Spanjoli li ngħataw premju," kompliet tgħid.

‘Nixtiequ nuru li l-ideat u l-kunċetti żviluppati mir-rebbieħa tal-Premju ta' Prattika Tajba jistgħu jiġu adattati fl-industriji differenti u fl-Istati Membri kollha u f'organizzazzjonijiet ta' tipi u daqsijiet differenti’, jenfasizza László Andor, Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni. ‘L-analiżi ta' soluzzjonijiet innovattivi u l-aqwa prattiki fl-Ewropa għandha tgħinna wkoll fl-isforz biex  inkomplu niżviluppaw politiki ta' sigurtà u saħħa għall-futur'.

 

Ir-rebbieħa ta' din l-edizzjoni kienu mistennija li juru tmexxija maniġerjali b'saħħitha u parteċipazzjoni attiva tal-ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà. L-organizzazzjonijiet jirrappreżentaw varjetà wiesgħa ta' setturi, bħal pereżempju l-kura tas-saħħa, il-bejgħ bl-imnut, u l-agrikoltura. Iċ-ċeremonja kienet okkażjoni għar-rebbieħa biex jiskambjaw il-prattiki tajbin tagħhom, bħat-tnaqqis fl-aċċidenti fil-produzzjoni tal-karozzi fit-Turkija, dwar kif ittejbet il-benesseri tal-persunal f'kumpanija teknoloġika fil-Finlandja jew kif il-ħaddiema tal-industrija tal-ħalib Irlandiża identifikaw riskji fis-settur tagħhom u indirizzawhom.

Matul l-avveniment, l-EU-OSHA faħħret lil għaxar kumpaniji oħra. Ktejjeb ġdid li ġie ppubblikat illum ippreżenta l-inizjattivi tal-aħjar prattika li implimentaw.

Links:

Premjijiet ta' Prattika Tajba tal-EU-OSHA għall-2012-13
Ktejjeb b'eżempji ppremjati u mfaħħrin
Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu
Websajt tal-Presidenza

Kumpaniji u organizzazzjonijiet premjati:

voestalpine Rotec Group (l-Awstrija) għat-twaqqif ta' standard tas-saħħa u s-sigurtà f'diversi pajjiżi; Atlantica Leisure Group Ltd (Ċipru) għat-tnaqqis tal-aċċidenti fl-industrija tal-lukandi; Rigshospitalet (id-Danimarka) għat-titjib fl-ambjent tax-xogħol fi sptar kbir; Oy SKF Ab, Muurame factory (il-Finlandja) għat-titjib fil-benesseri tal-persunal f'kumpanija teknoloġika; ArbeitsschutzPartnerschaft Hamburg (il-Ġermanja) għas-sejbien ta' soluzzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà għall-kumpaniji f'Ħamburg; West Offaly Dairy Discussion Group (l-Irlanda) għat-tnaqqis fil-perikli tar-rziezet li jipproduċu l-ħalib;  Wehkamp.nl/Gezond Transport/EVO (il-Pajjiżi l-Baxxi) għat-tqajjim ta' għarfien fost is-sewwieqa tat-trakkijiet forklifters; SONAE (il-Portugall) għall-involviment tal-ħaddiema u l-maniġers fil-prevenzjoni tar-riskji fi grupp ta' bejġħ bl-imnut; PROTÓN ELECTRÓNICA SLU (Spanja) għall-iżvilupp ta' mudell ta' prevenzjoni tar-riskji għall-kumpaniji ż-żgħar; Tofaş Türk Otomobil Fabrikası A.Ş (it-Turkija) għat-tnaqqis tal-aċċidenti fil-produzzjoni tal-karozzi.

Kumpaniji u organizzazzjonijiet ppremjati:

MAHLE Filtersysteme Austria GmbH (l-Awstrija) għall-inkoraġġiment tal-ħaddiema biex jirrapportaw problemi fis-sigurtà; Lujatalo Oy (il-Finlandja) għat-tnaqqis tal-istress fiżiku fl-industrija tal-kostruzzjoni;  Armor SA (Franza) għall-inkoporazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fl-istrateġija korporattiva; Hellenic Petroleum SA (il-Ġreċja) għall-ħolqien ta' kultura ta' sigurtà fl-irfinar taż-żejt;  Construction Safety Partnership (l-Irlanda) għat-titjib fl-istandards tas-sigurtà fis-siti ta' kostruzzjoni; GE Healthcare Norway AS (in-Norveġja) għall-fatt li għamlet is-saħħa u s-sigurtà prijorità għall-ħaddiema u l-maniġers; CEMEX Polska (il-Polonja) għall-ġestjoni tat-tmexxija biex tintlaħaq il-prevenzjoni tal-aċċidenti; U.S. Steel Košice, s.r.o. (is-Slovakkja) għar-rappurtar effettiv ta' kwistjonjiet tas-saħħa fi produttur kbir tal-azzar; Ascom d.o.o. (is-Slovenja) għat-tnaqqis fil-problemi muskuloskeletali fil-manifattura;  Step Change in Safety (Ir-Renju Unit) għat-titjib fl-involviment tal-forza tax-xogħol fl-industrija tal-gass u ż-żejt offshore.
 

Noti għall-edituri

1. L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) hija impenjata li tagħmel lill-Ewropa post tax-xogħol aktar sigur, inqas perikoluż u aktar produttiv. L-Aġenzija tirriċerka, tiżviluppa u tqassam informazzjoni affidabbli, bilanċjata u imparzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u torganizza kampanji pan-Ewropej għal aktar kuxjenza. Stabbilita mill-Unjoni Ewropea fl-1994 u bbażata f'Bilbao, Spanja, l-Aġenzija tiġbor fi ħdanha rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea, il-gvernijiet tal-Istati Membri, organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u min iħaddem, kif ukoll esperti ewlenin f'kull wieħed mit-28 Stat Membru tal-UE u lil hinn.

Issa tista' ssegwina fuq Twitter, żur il-blogg tal-Aġenzija jew abbona fin- newsletter tagħna ta' kull xahar OSHmail. Tista' wkoll tirreġistra għal aħbarijiet u informazzjoni regolari mill-UE-OSHA permezz ta' RSS feeds. http://osha.europa.eu

2. Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jippromwovu s-Saħħa għall-2012-13 'Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji' hija deċentralizzata u hija maħsuba biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-kumpaniji, lill-organizzazzjonijiet, lill-maniġers, lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom u lil partijiet interessati oħra sabiex itejbu s-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol. Il-kampanja tinkludi firxa sħiħa ta' attivitajiet fil-livell nazzjonali u Ewropew, inkluż laqgħat u seminars nazzjonali ta' sħubija. L-impriżi ż-żgħar sejrin ikunu partikolarment imħeġġa biex jieħdu sehem. www.healthy-workplaces.eu

Bookmark and Share