Punti Ċentrali Nazzjonali

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol hija organizzazzjoni ta' netwerk, b' "punt ċentrali" f'kull Stat Membru kif ukoll fl-istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-pajjiżi kandidati u potenzjali. Dan jippermetti sabiex l-UE-OSHA jkollha iktar suċċess fil-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu, aktar siguri, u iżjed produttivi billi tippermetti skambju akbar tal-informazzjoni.

Innominati minn kull gvern bħala r-rappreżentanti ufiċċjali tal-UE-OSHA f'dak il- pajjiż, il-punti ċentrali ġeneralment ikunu l-awtorità kompetenti nazzjonali għas-saħħu u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u huma l-kontributuri ewlenin għall- implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma tal-UE-OSHA.

Kull punt ċentrali huwa responsabbli min-netwerk tripatriku li jikkonsisti l-korpi governattivi u rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u min iħaddem. Dan in-netwerk jikkontribwixxi lix-xogħol li tagħmel l-UE-OSHA u l-mekkaniżmu biex ixxerred il-prodotti u l-informazzjoni lill-imsieħba nazzjonali. Barraminnhekk , il-punti ċentrali huma attivi fl-ippjanar u l- implimentazzjoni tal-kampanji tal-UE-OSHA kif ukoll fin-nominazzjoni ta' esperti nazzjonali għall-gruppi tal-aġenzija u s-seminars.