You are here

Dikjarazzjoni dwar il-privatezza (formola tal-OSHmail)

Il-parti organizzazzjonali tal-Aġenzija fdata bl-ipproċessar tad-dejta personali

Andrew Smith, Kap tal-Unità tal-Komunikazzjoni u l-Promozzjoni

 

L-għan tal-ipproċessar

Id-dejta mitluba fuq din il-formola tinġabar għall-finijiet tal-bullettin tal-EU-OSHA li jintbagħat kull xahar, u kultant, xi stħarriġ biex jinkiseb feedback dwar il-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali u l-Programm Strateġiku Pluriennali. L-indirizzi elettroniċi ppreżentati jinħażnu fl-applikazzjoni awtomizzata tagħna tal-ġestjoni tal-lista ta’ indirizzi, Listserv, ospitata f’servers li jinsabu fit-territorju tal-UE.

 

Tip ta’ dejta pproċessata

Indirizz elettroniku

 

Bażi legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u emendi sussegwenti.

 

Legalità tal-ipproċessar

L-ipproċessar huwa bbażat fuq l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (minn hawn 'il quddiem, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

 

Reċipjenti tad-dejta

L-aċċess għad-dejta personali jingħata fuq il-bażi tar-rwol u r-responsabbiltajiet tas-suġġetti involuti (il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta’ tagħrif”):

  • Persunal tal-EU-OSHA debitament maħtur
  • Fornitur estern li jospita u jżomm is-server tal-EU-OSHA
  • Is-Servizz Legali, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-Ombudsman Ewropew, il-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz tal-Awditjar Intern, jekk applikabbli.

Ir-reċipjenti kollha msemmija hawn fuq huma marbuta bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data. L-EU-OSHA mhux se tiżvela d-dejta personali lil partijiet terzi. L-EU-OSHA mhux se tiddivulga d-dejta personali għall-kummerċjalizzazzjoni diretta għal finijiet kummerċjali.

 

Id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt għal aċċess, rettifika u mblukkar tal-informazzjoni tagħhom (fil-każ ta’ ineżattezza tad-dejta), li jitolbu l-kanċellazzjoni tagħhom u joġġezzjonaw dwar l-ipproċessar tagħhom fil-każijiet previsti fl-Artikoli 13,14,15, 16 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Inti tista’ tikkanċella l-abbonament tiegħek għall-bullettin tal-EU-OSHA fi kwalunkwe ħin, billi tuża l-formola fil-qiegħ ta’ din il-paġna https://osha.europa.eu/ma/news/oshmail/, jew billi tikklikkja fuq il-link fil-qiegħ ta’ kwalunkwe bullettin tal-EU-OSHA fl-inbox tiegħek.

Jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti rigward il-ġbir, l-ipproċessar jew l-użu tad-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: information@osha.europa.eu, billi fis-suġġett tinkludi l-kliem “protezzjoni tad-dejta”.

 

Informazzjoni dwar il-perjodu ta’ konservazzjoni tad-dejta

Id-dejta tinżamm mill-Aġenzija sakemm dan ikun meħtieġ għall-preżentazzjoni tal-bullettin.

 

Talba għall-informazzjoni

Għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri rigward l-immaniġġjar tad-dejta personali tagħhom, is-suġġetti tad-dejta jistgħu jindirizzaw it-talba tagħhom lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-EU-OSHA fuq: dpo@osha.europa.eu.

 

Rikors quddiem il-KEPD

Is-suġġetti tad-dejta huma intitolati jagħmlu rikors quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data: http://www.edps.europa.eu, jekk iqisu li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.