Punti ewlenin

23/06/2020

© EU-OSHA /Adam Skrzypczak

Xogħol fiżikament diffiċli, bħat-tqandil tal-pazjenti, huwa fattur ta’ riskju sinifikanti għal disturbi muskoloskeletali (MSDs), li jagħmilhom sors ta’ tħassib mifrux fost il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, b’uġigħ tad-dahar u uġigħ fin-naħa ta’ fuq tar-riġel bħala problemi rrapportati b’mod komuni. Għalhekk kif nistgħu negħlbu l-MSDs f’dan is-settur?

Id-dokument ta’ diskussjoni tagħna jagħti ħarsa ġenerali lejn l-MSDs fil-postijiet tax-xogħol tal-kura tas-saħħa, jeżamina l-fatturi ta’ riskju u jiddiskuti l-interventi effettivi għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-ġestjoni tal-MSDs.

18/06/2020

Image by Gerd Altmann from Pixabay

L-espansjoni tal-kummerċ globali fl-aħħar deċennji wassal għal tkabbir fir-relazzjonijiet ta’ provvista transnazzjonali. Dan spiss kien akkumpanjat minn xejra fi ħdan l-Istati Membri lejn l-esternalizzazzjoni fil-ktajjen ta’ provvista.

Dan id-dokument ta’ diskussjoni jħares lejn l-isfidi u l-opportunitajiet għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol ippreżentati minn bidliet reċenti u futuri fir-relazzjonijiet tal-ktajjen ta’ provvista. L-awturi jagħtu eżempji ta’ prassi tajba u jiddiskutu t-triq ’il quddiem.

09/06/2020

© iStock.com/andresr

Rapport ġdid jiġbor fil-qosor is-sejbiet tal-proġett pluriennali tal-EU-OSHA li jesplora r-riċerka, il-politika u l-prattika dwar il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol, li għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ta’ strateġiji biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni ferm prevalenti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa.

08/06/2020

Photo by Andreeew Hoang on Unsplash

L-aħħar data mill-edizzjoni tal-2019 tal-Istħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) ġiet miżjuda mal-għodda tal-viżwalizzazzjoni tad-data ESENER tagħna.

Għall-ewwel darba, huwa possibbli li jitqabblu r-riżultati ta’ ESENER 2019 u ESENER 2014 fil-livell Ewropew u dak tal-pajjiżi, skont is-settur tal-attività jew skont id-daqs tal-istabbiliment.

02/06/2020

© EU-OSHA /Ján Kisucky / Photo Competition 2009

Tagħmir protettiv personali (PPE) intelliġenti jwiegħed livelli ogħla ta’ sikurezza u kumdità fuq il-post tax-xogħol permezz tal-użu ta’ materjali jew komponenti elettroniċi mtejba. Madankollu, hemm ostakoli li se jkun meħtieġ li jingħelbu jekk dan għandu jiġi implimentat b’suċċess fil-postijiet tax-xogħol Ewropej. Dokument ta’ diskussjoni ġdid jeżamina l-opportunitajiet li nfetħu u r-riskji imposti b’dawn it-teknoloġiji ġodda.

Għalkemm il-miżuri organizzattivi u l-protezzjoni kollettiva għandhom dejjem jingħataw prijorità, l-użu tal-PPE qed isir appoġġ intelliġenti.

01/06/2020

© EU-OSHA

Il-Barometru tal-OSH huwa l-ewwel għodda ta’ viżwalizzazzjoni tad-data b'informazzjoni aġġornata dwar l-istatus u x-xejriet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) fil-pajjiżi Ewropej.

L-għodda tikkonsisti f’erba’ gruppi ta’ indikaturi fuq firxa ta’ suġġetti tal-OSH, bħall-awtoritajiet tal-OSH, strateġiji nazzjonali, kundizzjonijiet tax-xogħol u statistika tal-OSH. Tista’ tivviżwalizza u tqabbel din id-data, tiġġenera grafika u tniżżel rapporti dwar suġġetti speċifiċi.

Pages

Pages