You are here

Punti ewlenin
29/05/2019

Jum Dinji Bla Tabakk: għid le għat-tipjip u pproteġi s-saħħa tal-pulmun tiegħek

napofilm.net

Kull sena, il-31 ta’ Mejju tiġbed l-attenzjoni għall-effetti dannużi u fatali tal-użu tat-tabakk u l-espożizzjoni għad-duħħan passiv. Il-Jum Dinji Bla Tabakk għandu l-għan li jiskoraġġixxi l-użu tat-tabakk fi kwalunkwe forma u li jistieden lill-individwi, il-pubbliku u l-gvernijiet sabiex jieħdu azzjoni sabiex jippromwovu stil ta’ ħajja mingħajr tipjip.

L-inizjattiva mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) kull sena tenfasizza tema li xxerred messaġġ globali unifikat u l-kampanja tal-2019 tqajjem kuxjenza dwar l-espożizzjoni għat-tabakk u kif dan jipperikola s-saħħa tal-pulmun, minn kanċer għal mard respiratorju kroniku.

Minkejja l-għarfien ġenerali ta’ implikazzjonijiet ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, ħafna ħaddiema xorta għadhom mhux f'pożizzjoni li jaħdmu f’post tax-xogħol mingħajr tipjip. L-EU-OSHA toffri ġabra ta’ fuljetti informattivi li jgħinu jiżguraw ambjent tax-xogħol mingħajr tipjip għal kulħadd.

Ara Napo fi…il-pulmuni fuq il-post tax-xogħol u tgħallem kif taffaċċja d-duħħan tat-tabakk

Aqra aktar dwar il-kanċer relatat max-xogħol u s-sustanzi perikolużi