You are here

Punti ewlenin
02/02/2018

Jum Dinji Kontra l-Kanċer - l-4 ta’ Frar

Fil-#JumDinjiKontral-Kanċer, ingħaqad magħna fis-sensibilizzazzjoni dwar il-kanċer - il-kawża ewlenija ta’ mwiet marbuta max-xogħol fl-UE - u l-importanza tal-prevenzjoni tiegħu.

Dan l-aħħar l-EU-OSHA organizzat seminar dwar ir-rijabilitazzjoni u r-ritorn għax-xogħol wara l-kanċer. Politiki tajbin f’dan il-qasam huma vitali biex jgħinu lis-superstiti tal-kanċer jirritornaw lura għax-xogħol b’suċċess.

L-EU-OSHA hija wkoll abbonata ma l-Pjan Direzzjonali tal-UE dwar il-Karċinoġeni, skema ta’ azzjoni volontarja dwar is-sensibilizzazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba għall-prevenzjoni ta’ riskji li ġejjin mill-esponiment okkupazzjonali għall-karċinoġeni.

Aqra s-sommarju tas-seminar dwar ir-ritorn lura għax-xogħol wara l-kanċer

Sir af aktar dwar il-Jum Dinji Kontra l-Kanċer