Jum Dinji kontra l-Kanċer 2023: opportunità biex niffukaw fuq il-kanċer relatat max-xogħol

Image

© UICC

Il-Jum Dinji kontra l-Kanċer, li jiġi osservat kull sena fl-4 ta’ Frar, jistedinna biex inkunu konxji u nieħdu azzjoni għal dinja b’inqas piż mill-kanċer. L-EU-OSHA hija impenjata serjament biex tingħaqad mal-ġlieda kontra l-kanċer, l-ewwel kawża ta’ mwiet relatati max-xogħol fl-UE.

Bħala parti minn dak l-isforz, l-istħarriġ fuq il-post tal-EU-OSHA dwar l-Esponiment tal-ħaddiema biex jiġu identifikati l-fatturi tar-riskju tal-kanċer fuq ix-xogħol qed jiġi ffinalizzat dan ix-xahar u l-ewwel riżultati għandhom jitħabbru aktar tard din is-sena. L-istħarriġ ifittex li jipprovdi informazzjoni biex titjieb il-protezzjoni kontra sustanzi perikolużi u jista’ jikkontribwixxi għall-aġġornament tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Agħti ħarsa lejn l-iskeda informattiva tal-EU-OSHA dwar il-karċinoġeni fuq ix-xogħol u l-iskedi informattivi multilingwi dwar sustanzi u proċessi karċinoġeniċi, ippubblikati taħt il-Pjan Direzzjonali dwar il-Karċinoġeni, inizjattiva li l-EU-OSHA qed tappoġġa b’mod attiv.

Ara l-film reċenti ta’ Napo “Qattiela moħbija” għas-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ta’ karċinoġeni ġġenerati mill-proċess u kif għandna nevitawhom.

Sir af aktar dwar il-Jum Dinji kontra l-Kanċer u l-attivitajiet kollha tal-kampanja biex jitnaqqas id-distakk fil-kura tal-kanċer.