Punti ewlenin
06/05/2020

MSDs relatati max-xogħol: għaliex dawn għadhom tant prevalenti u x’jista’ jsir biex jiġu protetti l-ħaddiema u n-negozji?

 © EU-OSHA / David Tijero Osorio

L-aħħar riċerka tal-EU-OSHA tesplora għaliex il-mard muskoloskeletali (MSDs) jibqa’ tħassib ewlieni għas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali fuq il-postijiet tax-xogħol tal-Ewropa — minkejja l-isforzi leġislattivi intensivi biex jiġu evitati.

Ir-rieżami tal-letteratura ġdida tagħna tħares lejn riskji u xejriet ġodda u emerġenti ta’ MSD relatati max-xogħol, nuqqasijiet fl-istrateġiji attwali ta’ prevenzjoni u kif l-approċċi għall-prevenzjoni jistgħu jittejbu. Din hija parti minn proġett usa’ li fih ġew analizzati politiki, programmi u għodod eżistenti ta’ prevenzjoni tal-MSD. Studji tal-każijiet kumplimentari minn sitt pajjiżi Ewropej jidentifikaw approċċi olistiċi bbażati fuq l-evidenza għall-ġestjoni ta’ riskji fuq il-post tax-xogħol bħala ewlenin għal prevenzjoni effettiva.

Din il-ħidma hija parti minn attività pluriennali ta’ riċerka mmirata lejn l-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ MSDs relatati max-xogħol billi tipprovdi informazzjoni u gwida affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika, lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-impjegaturi u lill-organizzazzjonijiet settorjali. Ir-riżultati se jikkontribwixxu wkoll għall-Kampanja 2020 – 22 tagħna Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Ħaffef il-Piż.

Aqra r-rieżami tal-letteratura kollha, ara s-sommarju u esplora l-istudji tal-każ tas-sitt pajjiżi u l-25 eżempju ta’ politika