Punti ewlenin
12/03/2020

MSDs relatati max-xogħol: rapport ta’ sinteżi ġdid jikkumplimenta s-sejbiet tal-UE b’<i>data</i> nazzjonali

© EU-OSHA /Pictures from participants to the Good Practice Award 2012

Dan l-aktar rapport ta’ sinteżi riċenti huwa parti minn proġett akbar tal-EU-OSHA għall-analiżi ta’ data nazzjonali u data Ewropea dwar mard muskoloskeletali relatat max-xogħol (MSD). Ir-rapport jesplora l-prevalenza u l-firxa tal-MSDs, il-fatturi ta’ riskju assoċjati, l-impatt tagħhom fuq is-saħħa u l-prevenzjoni tagħhom fuq il-post tax-xogħol.

Din il-pubblikazzjoni tikkumplimenta s-sejbiet fil-livell tal-UE b’data u analiżijiet nazzjonali minn 10 pajjiżi (id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja). Permezz tal-iskambju ta’ data nazzjonali fil-livell tal-UE, l-EU-OSHA tikkontribwixxi għat-titjib tal-għarfien dwar l-MSDs fost dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti tal-OHS u l-awtoritajiet nazzjonali b’mod ġenerali.

Ara r-rapport ta’ sinteżi u l-pubblikazzjonijiet kollha relatati dwar Mard muskoloskeletali relatat max-xogħol: il-prevalenza, l-ispejjeż u d-demografija fl-UE

Iċċekkja t-Taqsima tal-OSHwiki tagħna dwar l-MSDs