William Cockburn Salazar inħatar bħala d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-EU-OSHA

Image

© EU-OSHA

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għandha l-pjaċir tħabbar li l-Bord tat-Tmexxija tagħha ħatar lil William Cockburn Salazar bħala d-Direttur Eżekuttiv il-ġdid tagħha. B’rekord estensiv fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH), William iġib miegħu minjiera ta’ għarfien espert u snin ta’ dedikazzjoni għar-rwol il-ġdid tiegħu. Huwa jieħu f’idejh it-tmexxija tal-aġenzija hekk kif ix-xenarju tax-xogħol globali qed jittrasforma b’mod sinifikanti, b’teknoloġiji ġodda, arranġamenti ta’ xogħol mill-bogħod, u strutturi ta’ impjieg li qed jinbidlu. 

Meta tkellem dwar il-ħatra tiegħu, William ikkummenta: “Tassew onorat li qed immexxi l-EU-OSHA fit-trawwim ta’ kultura pożittiva ta’ prevenzjoni tar-riskju fil-postijiet tax-xogħol Ewropej kollha. Kuljum, iseħħu madwar 10 inċidenti fatali relatati max-xogħol u 600 mewta oħra minn mard relatat max-xogħol. Dan l-għadd inkwetanti huwa tfakkira ċara li għad fadal ħafna xi jsir u li kulħadd jistħoqqlu jaħdem f’ambjent fejn is-sigurtà, is-saħħa u l-benesseri tiegħu jingħataw prijorità. Ninsab ħerqan biex nikkontribwixxi għall-kisba ta’ dan l-għan mal-persunal ibbażat f’Bilbao.”

Flimkien mat-tim ta’ professjonisti impenjati tal-EU-OSHA u l-punti fokali u n-network tripartitiku tagħhom fil-livell nazzjonali — taħt it-tmexxija strateġika tal-Bord tat-Tmexxija — il-mandat tiegħu bħala Direttur Eżekuttiv tal-EU-OSHA se jara lill-Aġenzija ssaħħaħ ix-xogħol tagħha mal-Istati Membri, is-sħab soċjali, l-istituzzjonijiet tal-UE u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex tkompli l-missjoni tagħha li tavvanza l-OSH fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar id-Direttur Eżekuttiv

Sir af dwar il-governanza fl-EU-OSHA