Punti ewlenin
18/08/2020

Xi tfisser id-diġitalizzazzjoni għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol?

Image by Gerd Altmann from Pixabay

Hekk kif l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika avvanzata jsiru parti normali mill-ħajja tax-xogħol, teknoloġiji diġitali bħal dawn se jkollhom impatt dejjem akbar fuq is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Il-fuljett tagħna dwar ir-riċerka tagħna dwar id-diġitalizzazzjoni issa huwa disponibbli f’diversi verżjonijiet lingwistiċi. Dan jippreżenta l-isfidi għas-sigurtà u s-saħħa li toħloq id-diġitalizzazzjoni u l-opportunitajiet li toħloq għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Id-dokumenti ta’ diskussjoni tagħna dwar il-big data, l-istampar 3D, l-esoskeletri u l-intelliġenza artifiċjali issa huma disponibbli wkoll f’diversi lingwi.

Ara l-pubblikazzjonijiet kollha tagħna dwar id-diġitalizzazzjoni u r-Rapport sommarju Il-previżjoni dwar riskji ġodda u emerġenti għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol assoċjati mad-diġitalizzazzjoni sal-2025 (disponibbli fi 8 lingwi)

Żur il-paġna web tagħna dwar l-ICT, id-diġitalizzazzjoni u x-xogħol