You are here

Punti ewlenin
28/09/2018

Il-passi li jmiss għas-sigurtà u s-saħħa fl-MSEs: is-sommarju tal-konferenza issa huwa disponibbli

Dan is-sommarju jiddeskrivi fil-qosor x’kellhom xi jgħidu l-esperti fil-konferenza ta’ livell għoli “When size matters … the way forward in improving occupational safety and health in Europe’s micro and small enterprises (MSEs)” (Meta d-daqs ikun importanti ... il-passi li jmiss fit-titjib tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali fl-intrapriżi mikro u żgħar tal-Ewropa (MSEs)).

Il-parteċipanti kienu jinkludu lill-Kummissarju Thyssen, membri tat-tim tal-proġett u ħafna partijiet ikkonċernati ewlenin oħrajn. Huma ddiskutew is-sejbiet prinċipali u l-impatt potenzjali, fil-futur, tal-proġett “SESAME” tal-EU-OSHA (għal “Intrapriżi Żgħar u Mikro Sikuri”).

L-għan globali tal-proġett huwa li jingħata appoġġ għar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika bbażati fuq l-evidenza u li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ għodod prattiċi billi jiġu identifikati fatturi ta’ suċċess ewlenin għat-titjib tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali fl-MSEs fl-Ewropa.

Niżżel is-sommarju tal-konferenza issa

Ara r-ritratti mill-konferenza