You are here

Punti ewlenin
31/07/2017

Trid tkun sigur inti u ssuq lejn ix-xogħol? Napo jurik kif

Inti xogħlok li ssuq jew li tiġġestixxi s-sewwieqa? Fl-aktar film riċenti tiegħu, Napo jittratta xi wħud mir-riskji tas-sigurtà u s-saħħa li jiffaċċjaw sewwieqa professjonali.

Il-film jagħti ħarsa bʼmod ċajtier lejn suġġetti li jinkludu l-manutenzjoni, it-temp u l-użu taʼ alternattivi għas-sewqan meta dan ikun xieraq. Jenfasizza l-importanza taʼ ppjanar u preparazzjoni tajbin, li jinkludu t-tagħbija sigura tal-merkanzija, l-ippjanar tar-rotta l-aktar effiċjenti u ħin biżżejjed biex il-vjaġġ jiġi komplut bʼmod sigur.

Ara l-film il-ġdid Napo in ... on the road to safety (Napo fi ... fit-triq tas-sigurtà)

Ara wkoll Napo in ... safe moves (Napo fi ... mossi siguri) dwar it-trasport fuq il-post tax-xogħol

Iċċekkja l-gwida elettronika VeSafe: il-punt uniku taʼ servizz għas-sigurtà relatata mal-vetturi