Punti ewlenin
01/08/2019

Il-valur tal-OSH — stima tal-kostijiet ta’ korrimenti u mard okkupazzjonali

@Carlos Muza on Unsplash

F’rapport ġdid, l-EU-OSHA spjegat id-dettalji tas-sejbiet tat-tieni parti tal-proġett tagħha ‘Il-Kostijiet u l-benefiċċji tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali’. Dan jispjega żewġ approċċi għall-estimi tal-piż finanzjarju ta’ mard relatat max-xogħol, korrimenti u mewt.

L-estimi tal-kostijiet huma pprovduti għall-ħames Stati Membri, magħżula biex jirrappreżentaw id-diversità ġeografika, industrijali u tas-sistemi soċjali fl-Ewropa. Ir-rapport iqabbel ir-riżultati u jesplora s-saħħiet u d-dgħufijiet ta’ kull approċċ. Il-metodoloġija u s-sejbiet ewlenin huma msemmija fis-sommarju eżekuttiv tar-rapport u via SlideShare.

L-istima tal-impatt ekonomiku ta’ mard relatat max-xogħol hija imprezzabbli għal min ifassal il-politika. Dan għax tippermettilhom jagħmlu deċiżjonijiet informati dwar il-politiki u l-istrateġiji relatati mas-sigurtà u s-saħħa.

Niżżel ir-rapport sħiħ dwar l-istimi tal-kostijiet ta’ korrimenti u mard relatat max-xogħol

Għal spejgazzjoni konċiża dwar is-sejbiet, ara l-preżentazzjoni permezz tas-SlideShare tagħna

Kun af aktar dwar il-kostijiet u l-benefiċċji tal-OSH