Tnedija tal-istat u x-xejriet l-aktar reċenti fir-rigward tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fis-Summit tal-UE dwar l-OSH 2023

Image

© sweden23.eu

Illum, l-EU-OSHA tirrilaxxa r-rapport l-aktar reċenti tagħha Occupational safety and health in Europe: state and trends 2023” (Is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa: l-istat u x-xejriet 2023) fl-okkażjoni tas-Summit dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OSH) tal-UE. Dan joffri ħarsa ġenerali lejn it-titjib potenzjali, l-istaġnar tal-iżviluppi, l-oqsma ta’ tħassib u l-isfidi futuri fil-qasam tal-OSH. Id-data hija integrata wkoll fl-għodda ta’ viżwalizzazzjoni tad-data tal-Barometru tal-OSH tagħna.

Is-summit isir fi Stokkolma, l-Iżvezja bejn il-15 u s-16 ta’ Mejju. Koorganizzat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Presidenza Żvediża tal-UE, dan jirrieżamina l-progress tal-Qafas Strateġiku dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2021-2027.

Waħda mis-sessjonijiet li jidhru fl-avveniment tiffoka fuq l-impatt tat-tibdil fil-klima u t-temperaturi ambjentali li qed jogħlew fuq l-OSH, fejn qed nippreżentaw is-Sħana fuq il-post tax-xogħol – Gwida għall-postijiet tax-xogħol.

Ara l-istqarrija għall-istampa

Aqra r-rapport, is-sommarju u s-sommarju ta’ politika dwar Is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa: l-istat u x-xejriet 2023

Segwi s-summit live u żomm lilek innifsek infurmat dwar ix-xejriet l-aktar reċenti