
Punti ewlenin
Back to highlightsMagħqudin għal postijiet tax-xogħol ħielsa mill-kanċer: żmien għal azzjoni

Il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer (EWAC) issir bejn il-25 u l-31 ta’ Mejju biex timmobilizza l-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet u l-individwi fil-ġlieda kontra l-kanċer.
Din is-sena, aħna nsemmgħu leħinna flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Legi Ewropej tal-Kanċer (Association of European Cancer Leagues, ECL) biex il-fokus ikun fuq l-implimentazzjoni ta’ Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. L-approċċ tal-UE għall-prevenzjoni tal-kanċer, it-trattament u l-kura jirrikonoxxi wkoll l-inċidenza ta’ kanċer relatat max-xogħol u l-importanza ta’ protokolli għar-ritorn lura x-xogħol għal pazjenti, għas-superstiti u għas-soċjetà.
Let’s break down the barriers around cancer and work! (Ejja negħlbu l-ostakli marbutin mal-kanċer u x-xogħol!) hija waħda mill-inizjattivi tal-EWAC, webinar li sar fit-30 ta’ Mejju biex jistimula d-djalogu politiku bil-kontribut tal-EU-OSHA. L-għan huwa li titqajjem koxjenza dwar l-impatt tal-kanċer fuq il-post tax-xogħol u li jiġu ssuġġeriti azzjonijiet u rakkomandazzjonijiet konkreti għat-titjib tal-komunikazzjoni bejn l-impjegaturi u l-impjegati f’dak li għandu x’jaqsam mal-kanċer fuq il-post tax-xogħol.
Ingħaqad mal-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer 2022. Issa wasal iż-żmien għall-azzjoni!
Segwi #EWAC22 u #EUCancerPlan
Tgħallem aktar dwar il-kanċer relatat max-xogħol, l-istħarriġ dwar l-esponiment tal-ħaddiema għal fatturi ta’ riskju tal-kanċer fl-Ewropa, u l-pjan direzzjonali dwar il-karċinoġeni