Punti ewlenin
19/09/2019

Nifhmu l-MSDs permezz ta’ Napo

Napo jagħti l-għajnuna fuq il-postijiet tax-xogħol permezz tas-sett ta’ għodod il-ġdid online biex jissensibilizza dwar il-mard muskoluskeletali (MSDs) u biex jagħti l-pariri relatati mal-MSD.

Is-sett ta’ għodod ta’ ‘Nifhmu l-Mard Muskuloskeletali jagħmel użu mill-films eżistenti ta’ Napo u fih 14-il attività differenti biex jiffaċilitaw diskussjonijiet fi gruppi f’organizzazzjonijiet mal-persunal tagħhom stess u l-ħaddiema fil-katini tal-provvista tagħhom.

Xogħol tal-uffiċċju, maniġġar tat-tagħbija, kompiti repetittivi, qagħdiet tal-ġisem statiċi u skomdi kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-ħaddiema huma koperti minn dan is-sett ta’ għodod. Barra minn dan, fl-attivitajiet ta’ parteċipazzjoni huma esplorati miżuri ta’ prevenzjoni organizzazzjonali u fuq il-post tax-xogħol.

Is-sett ta’ għodod huwa adatt ukoll għal użu f’korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali.

Esplora t-taqsima l-ġdida tas-sit web Napo fuq il-post tax-xogħol

Dan is-sett ta’ għodod jista’ jintuża flimkien ma’ Bidu ta’ konverżazzjonijiet għal diskussjonijiet fuq il-post tax-xogħol dwar mard muskoloskeletali

Żur ukoll il-Paġna ewlenija ta’ Napo u Napo għall-Għalliema, li ngħataw dehra kemxejn ġdida għal esperjenza online aħjar