You are here

Punti ewlenin
29/06/2017

Lejn xogħol adatt għall-età fl-Ewropa: perspettiva tul il-ħajja dwar ix-xogħol u t-tixjiħ mill-Aġenziji tal-UE

Il-popolazzjoni u l-forza tax-xogħol tal-UE qed jixjieħu. Dan għandu implikazzjonijiet għall-impjiegi, kundizzjonijiet tax-xogħol, standard tal-għajxien u l-benesseri. Kif għandna nirreaġixxu għal dawn l-isfidi? Rapport ġdid, koordinat mill-EU-OSHA juri kif informazzjoni minn erba᾽ aġenziji tista᾽ tagħti appoġġ lit-tfassil tal-politika li hi kemm komplementari u tirrappreżenta akbar mit-totalità tal-partijiet tagħha. Ir-rapport jislet il-kompetenzi tal-aġenziji f᾽kull qasam tagħhom u jkopri l-isfidi differenti assoċjati mal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ u jikkunsidra soluzzjonijiet innovattivi.

  • L-EU-OSHA tippreżenta eżempji ta᾽ politika ta᾽ approċċi integrati għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal forza tax-xogħol li qed tixjieħ.
  • L-Eurofound teżamina l-kondizzjonijiet tax-xogħol għal ħaddiema ta᾽ kull età, eżiti ta᾽ sostenibbiltà tax-xogħol relatati u kif il-politiki adatti jistgħu jrawmu ħajjiet itwal fuq il-post tax-xogħol.
  • Is-Cedefop jesplora kif l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jistgħu jintużaw biex jagħtu appoġġ lit-tixjiħ attiv fuq il-post tax-xogħol.
  • L-EIGE jipprovdi perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi dwar il-kwistjoni tal-forza tax-xogħol li qed tixjieħ u jiddiskuti l-isfidi differenti li qed jaffaċċjaw l-irġiel u n-nisa.

Ir-rapport jiddeskrivi wkoll l-impatt ta᾽ xejriet demokratiċi fit-tul fuq ix-xogħol u jeżamina parteċipazzjoni fit-tul fit-tagħlim. Dan hu segwit b᾽sejħa għal soluzzjonijiet għat-tixjiħ attiv li jiżguraw li ħaddiema akbar fl-età jibqgħu attivi, bil-ħiliet u impjegati.

Aqra r-rapport konġunt sħiħ tal-aġenziji

Sir af aktar dwar il-proġett ‘Xogħol aktar sigur u li jġib ᾽il quddiem is-saħħa f᾽kull età᾽

Aqra dwar il-kampanja tal-EU-OSHA dwar Postijiet tax-Xogħol li jġibu ᾽l quddiem is-saħħa