Punti ewlenin

Back to highlights

It-tfal fl-iskejjel tal-lum, il-ħaddiema t’għada: ħarsa fit-tul lejn is-saħħa muskoloskeletali

Image

Id-disturbi muskoloskeletali (MSDs) ta’ spiss jitqiesu bħala kwistjoni ta’ persuna adulta, iżda fil-fatt madwar terz tat-tfal u ż-żgħażagħ isofru mill-kundizzjoni. Ladarba jkunu fuq il-post tax-xogħol, dawn il-ħaddiema żgħażagħ jistgħu jsibu li l-problemi muskuloskeletali preeżistenti tagħhom aggravaw. Għalkemm mhux l-MSDs kollha huma evitabbli, ħafna mir-riskji assoċjati magħhom jistgħu jiġu evitati.

Il-fatt li jittieħed approċċ tul il-ħajja biex jiġu evitati u ġestiti l-MSDs hu l-fokus ta’ dan il-qasam ġdid ta’ priorità ‘Ħaffef il-Piż’ dwar ‘Ġenerazzjonijiet futuri’, li jippromwovi s-saħħa muskoloskeletali fit-tfal u ż-żgħażagħ.

Ibbrawżja l-għażla ta’ rapporti, artikli, riżorsi ta’ taħriġ prattiċi u pubblikazzjonijiet oħra tal-EU-OSHA dwar ‘Ġenerazzjonijiet Futuri.’