Punti ewlenin
04/10/2019

Ipparteċipa fil-Ġimgħa Ewropej għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol 2019

Għal darb’oħra l-EU-OSHA u s-sħab tagħha ngħaqdu flimkien biex jorganizzaw mijiet ta’ avvenimenti u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni fl-Ewropa kollha bejn il-21 u l-25 ta’ Ottubru.

Il-Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ta’ din is-sena tkompli tappoġġa s-suġġett tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa attwali — jimmaniġġjaw is-sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol.

Għin biex il-postijiet tax-xogħol tal-Ewropa jsiru aktar siguri u li jġibu aktar ’il quddiem is-saħħa billi tippromwovi r-riżorsi tal-kampanja, tipparteċipa f’avveniment qrib tiegħek jew tuża l-għodda elettronika dwar is-sustanzi perikolużi tagħna.

Aqra l-istqarrija għall-istampa tagħna

Żomm ruħek aġġornat dwar l-attivitajiet tal-ġimgħa fuq il-paġna Facebook iddedikata tagħna