Punti ewlenin

Back to highlights

Nindirizzaw is-saħħa muskoloskeletali minn kmieni: effetti tul il-ħajja f’ġenerazzjoni ta’ ħaddiema

Image

© IStock photo

Ħafna tfal u żgħażagħ jgħixu b’disturbi muskoloskeletali (MSDs), li jistgħu jiġu aggravati ladarba jingħaqdu mal-forza tax-xogħol. Li jkollok piż żejjed u li tkun inattiv jista’ jżid ir-riskju tal-MSDs fiż-żgħażagħ u t-tfal, iżda dawn jistgħu jiġu evitati. L-imminimizzar ta’ dawn il-perikli huwa impenn multidimensjonali, li għandu jinvolvi s-saħħa pubblika, l-edukazzjoni u s-saħħa okkupazzjonali.

Ikkonsulta din l-iskeda informattiva l-ġdida biex tara kif l-adozzjoni ta’ approċċ tul il-ħajja għal saħħa muskoloskeletali tajba tkun ta’ benefiċċju għall-gruppi tal-età kollha u tikkontribwixxi għal tixjiħ f’saħħtu.

Ħares lejn il-preżentazzjoni PowerPoint għal introduzzjoni għas-suġġett.

Esplora l-qasam ta’ prijorità tal-“Ġenerazzjonijiet Futuri” tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jħaffu l-Piż għal aktar riżorsi.