You are here

Punti ewlenin
14/08/2017

Appoġġ għal negozji żgħar aktar siguri u li jgawdu aktar saħħa u aktar suċċess

L-intrapriżi mikro u żgħar huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE. Madankollu, għal kumpaniji żgħar il-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tista' tirrappreżenta sfida minħabba n-nuqqas ta' riżorsi u għarfien espert.

Biex tindirizza dan, l-UE-OSHA niedet proġett estensiv li jidentifika politiki, strateġiji u soluzzjonijiet prattiċi, speċifikament għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f'intrapriżi żgħar. Ir-riżultati se jipprovdu appoġġ ibbażat fuq l-evidenza għal dawk li jfasslu l-politika, u prattiki tajbin li jappoġġjaw s-saħħa u s-sigurtà għan-negozji ż-żgħar — biex l-Ewropa ssir post aktar sigur u san fejn wieħed jaħdem.

Aqra l-flyer

Aqra aktar dwar l-isfidi tal-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà f'intrapriżi żgħar u kif l-UE-OSHA qiegħda tindirizzahom