You are here

Punti ewlenin
03/08/2017

L-appoġġ għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bil-proġett ‘Xogħol aktar sigur u ħieles mill-periklu f'kull età'

Il-protezzjoni tal-interessi tal-ħaddiema, irrispettivament mill-età, hija partikolarment importanti fil-kuntest tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jimmira li jwassal drittijiet bħal opportunitajiet indaqs u kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti; pereżempju, wieħed mill-20 prinċipju huwa "Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet professjonali tagħhom u li jippermettilhom itawlu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol."

Fuq talba tal-Parlament Ewropew, l-UE-OSHA wettqet investigazzjoni ta' 3 snin dwar metodi kif jittejbu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol bil-konsiderazzjoni tal-isfidi ta' forza tax-xogħol li qed tixjieħ. Hemm disponibbli firxa ta' pubblikazzjonijiet u għodda ta' viżwalizzazzjoni tad-data li hija sempliċi biex tintuża mill-utent li saru bħala parti mill-proġett.

Investiga r-riżultati tal-proġett ‘Xogħol aktar sigur u ħieles mill-periklu f'kull età'

Sir af aktar dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali