Punti ewlenin
01/11/2019

Enfasi fuq il-gwida elettronika dwar il-ġestjoni tal-istress u r-riskji psikosoċjali

Din il-gwida elettronika tnediet fil-qafas tal- kampanja Inqas Stress għal Iktar Saħħa fuq ix-Xogħol fl-2014. L-għodda twieġeb għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi u n-nies li jaħdmu f’intrapriżi żgħar li jkollhom bżonn pariri prattiċi u gwida dwar l-ewwel passi għall-ġestjoni ta’ riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol.

Dehra ġdida f’format ġdid, il-gwida elettronika hija disponibbli bl-Ingliż, bl-Ispanjol u bis-Sloven.

Iċċekkja l-gwida elettronika

Skopri wkoll Gwida prattika għall-benesseri fuq il-post tax-xogħol – ħaddiema b’saħħithom, kumpaniji li jirnexxu biex tgħin lill-postijiet tax-xogħol jipprevjenu u jiġġestixxu riskji psikosoċjali u mard muskoloskeletali relatati max-xogħol

Esplora t-taqsima tematika dwar ir-riskji psikosoċjali u l-istress fuq il-post tax-xogħol tagħna