Punti ewlenin
07/05/2020

Waqqaf il-pandemija Il-pjan ta’ azzjoni tal-EU-OSHA għall-postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa

© EU-OSHA

Taħt is-slogan, “Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Iwaqqfu l-Pandemija” l-EU-OSHA bdiet inizjattiva biex tindirizza l-isfidi tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol marbutin mal-pandemija attwali, filwaqt li toffri firxa ta’ gwida fuq il-post tax-xogħol dwar il-COVID-19.

Ir-riżorsi jinkludu: Gwida tal-UE biex tillimita t-tixrid tal-virus u dwar miżuri preventivi għal ritorn sikur u tajjeb għas-saħħa fuq il-postijiet tax-xogħol; informazzjoni dwar kif jiġi minimizzat l-esponiment għall-aġenti bijoloġiċi; vidjos ta’ sensibilizzazzjoni u firxa ta’ links għal materjal dwar prattika tajba mill-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-pjan ta’ azzjoni jorbot mal-kampanja tal-Aġenzija Ħaffef il-Piż dwar disturbi muskoloskeletali, li se titnieda f’Ottubru. Iżda s-sit web ta’ qabel il-kampanja diġà joffri gwidi, għodod u riżorsi viżivi prattiċi għal telexogħol tajjeb għas-saħħa mid-dar.

Ingħaqad magħna u xerred l-aħbar. Għinna niġġieldu l-pandemija!

Ara r-riżorsi kollha tal-COVID-19 għall-post tax-xogħol fis-sezzjoni tagħna Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Iwaqqfu l-Pandemija

Segwi l-hashtags #EUhealthyworkplaces u #StopthePandemic