You are here

Punti ewlenin
22/08/2017

Sistemi ta' kontroll u twissija jippermettu li jiġu identifikati s-sinjali bikrija ta' mard relatat max-xogħol

Sistemi ta' twissija u kontroll jippermettu li jiġi identifikat mard ġdid jew emerġenti relatat max-xogħol u huma utli biex jikkumplimentaw il-figuri uffiċjali tal-mard fuq il-post tax-xogħol. Il-letteratura dwar in-numru limitat ta' approċċi ta' twissija u kontroll fis-seħħ ġiet riveduta mill-UE-OSHA biex jiġu evalwati l-benefiċċji tagħhom.

Dawn jistgħu jgħinu biex l-interventi u l-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol ikunu mmirati.

Ir-reviżjoni tal-UE-OSHA tipprovdi eżempji ta' prattiki tajbin u tenfasizza l-importanza li tiġi integrata aħjar il-valutazzjoni tal-esponiment fuq il-post tax-xogħol, li titjieb il-kopertura ta' gruppi ta' ħaddiema u mard speċifiċi, u li jintlaħqu l-atturi xierqa biex jittieħed il-massimu tal-benefiċċju minn dawn is-sistemi.

Niżżel ir-rapport sħiħ minn hawn

Skopri aktar dwar sustanzi perikolużi u mard relatat max-xogħol

Aqra aktar dwar l-importanza tal-monitoraġġ ta' riskji ġodda u emerġenti relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol