Punti ewlenin

Back to highlights

Kampanja dwar il-ħaddiema staġonali: L-EU-OSHA tipparteċipa fil-ġimgħa ta’ azzjoni

Image

Il-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u sikuri għall-ħaddiema staġonali fl-UE hija l-għan tal-kampanja Id-drittijiet għall-istaġuni kollha (Rights for all seasons) tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. L-EU-OSHA tipparteċipa fil-ġimgħa ta’ azzjoni mill-20 sal-24 ta’ Settembru bil-pubblikazzjoni ta’ volantin ta’ informazzjoni u infografika biex tinforma lill-ħaddiema staġonali dwar id-drittijiet tagħhom għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u li jġibu ’l quddiem is-saħħa.                                                             

Il-kampanja bdiet f’Ġunju u se tibqa’ għaddejja sa Ottubru 2021 u tiffoka fuq is-settur agroalimentari. Hija partikolarment rilevanti peress li l-pandemija attwali tal-COVID-19 aggravat il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema staġonali, u esponiethom għal aktar riskji tas-sikurezza u tas-saħħa okkupazzjonali.

Ara l-volantin u l-infografika

Ara r-riżorsi utli għall-impjegaturi dwar ħaddiema staġonali fi żmien il-COVID-19

Aqra l-gwida għall-ħaddiema Infezzjoni tal-COVID-19 u COVID fit-tul

Share this on: