Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninIs-sigurtà u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol u d-dar: Għandek id-dritt li tirnexxi
Jista’ jidher li huwa privileġġ li taħdem f’ambjent sigur u tqatta’ ħin ta’ kwalità mal-familja tiegħek. Iżda fl-UE, dawn huma drittijiet għall-ħaddiema kollha.
Mill-istabbiliment ta’ limitu fuq is-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa ta’ 48, għal ħin biżżejjed biex tkun tista’ tistrieħ bejn il-jiem tax-xogħol u biex tinvesti fil-ħajja personali tiegħek, għall-UE l-benesseri tiegħek huwa prijorità.
Dan japplika wkoll biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà għas-setturi kollha tal-attivitajiet, u jiġi protett id-dritt li persuna titkellem meta tħoss li hemm xi ħaġa ħażina.
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu għandhom l-għan li jagħmluha aktar faċli li jkollok karriera u ħajja sodisfaċenti, sabiex ma jkollokx għalfejn tagħżel bejn wieħed jew l-ieħor.
Tgħallem aktar dwar id-drittijiet tiegħek u l-kampanja “Naħdmu flimkien u jirnexxielna”.
Ara l-pubblikazzjonijiet tal-EU-OSHA relatati ma’ telexogħol sigur u li jġib ’il quddiem is-saħħa.